Malta wriet l-impenn sod u kontinwat tagħha lejn il-kooperazzjoni internazzjonali u l-multilateraliżmu fil-qasam kritiku tal-ġlieda kontra t-terroriżmu billi organizzat f’Malta, bejn it-12 u t-13 ta’ Marzu 2025, flimkien mad-Direttorat Eżekuttiv tal-Kumitat Eżekuttiv kontra t-Terroriżmu, konferenza internazzjonali fuq strateġiji nazzjonali u reġjonali kontra t-terroriżmu. Il-konferenza ġabret flimkien rappreżentanti minn iktar minn 50 stat membru, entititajiet tan-Nazzjonijiet Magħquda, organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali, u tas-soċjetà ċivili, akkademiċi, u s-settur privat.

L-għan ewlieni ta’ dan l-avveniment kien l-aġġornament tal-Prinċipji ta’ Bogotá dwar strateġiji nazzjonali u reġjonali kontra t-terroriżmu, oriġinarjament imnedija fl-2013, sabiex l-istrateġiji kontra t-terroriżmu jibqgħu effettivi, komprensivi u integrati billi jippromwovu approċċ tal-gvern sħiħ u tas-soċjetà kollha.  Għalhekk, fl-aħħar tal-konferenza, ġew varati l-Prinċipji ta’ Valletta, sett ta’ 42 prinċipju gwida li ma jorbtux li joffru rakkomandazzjonijiet esperti lil-Istati Membri u lil organizzazjonijiet reġjonali meta jifformulaw jew jirrevedu l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tagħhom kontra t-terroriżmu.

Il-Prinċipji ta’ Valletta jindirizzaw sfidi, theddid u riskji emerġenti billi joffru gwida prattika sabiex titjieb l-effettività u l-inklussività fl-implementazzjoni ta’ sforzi kontra t-terroriżmu. Dawn il-prinċipji aġġornati jibnu fuq ix-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma fuq Strateġiji Nazzjonali u Reġjonali kontra t-Terroriżmu tal-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Magħquda, kif ukoll fuq it-taħdidiet li saru matul il-konferenza. Fuq kollox, jaqblu mal-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Magħquda Kontra t-Terroriżmu u mal-aħħar riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà marbuta mal-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, jiġifieri riżoluzzjonijiet 1963 (2010), 2129 (2013), 2395 (2017), u 2617 (2021).

Id-dokument ‘Prinċipji ta’ Valletta’, kumpilazzjoni bil-preżentazzjonijiet kollha li saru matul il-konferenza kif ukoll sommarju tad-diskussjonijiet qed jiġu pubblikati sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali u l- partijiet interessati rilevanti kollha.

Prinċipji ta’ Valletta

Sommarju tad-diskussjonijiet tal-konferenza

Kumpilazzjoni bil-preżentazzjonijiet kollha tal-konferenza

Stqarrija mill-Ministeru

Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President – Żjara ta Korteżija mid-Direttur Eżekuttiv tal-Kumitat Eżekuttiv kontra t-Terroriżmu Dott Natalia Gherman

Stqarrija mill-Kumitat Eżekuttiv kontra t-Terroriżmu tan-Nazzjonijiet Magħquda

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.