MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ
L-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej (MFEA) huwa responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika barranija Maltija, fejn jassigura koerenza mal-Gvern kollu.
Il-Ministeru huwa wkoll responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, m’organizzazzjonijet u istituzzjonijiet internazzjonali, fejn jirrappreżenta l-interessi ta’ Malta fuq firxa wiesgħa ta’ materji bħal dawk ekonomiċi, politiċi u ta’ sigurtà.
Il-Ministeru huwa responsabbli wkoll għas-settur tat-turiżmu fuq livell ħolistiku u għall-edukazzjoni f’dan is-settur. Dawn is-setturi huma kollha importanti sabiex jissaħħaħ il-prodott turistiku ta’ pajjiżna.

