Scroll to top
Minister Dr Chris Fearne

L-Onor. Chris Fearne huwa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Huwa ilu Membru Parlamentari tal-Partit Laburista mill-2013 u matul il-karriera politika tiegħu serva f’diversi karigi ministerjali, fosthom bħala Deputat Prim Ministru ta’ Malta, Ministru għas-Saħħa, u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Ħarsien tal-Konsumatur.

Qabel ma nħatar fil-kariga attwali tiegħu, l-Onor. Fearne serva wkoll bħala Kap tal-Kamra tar-Rappreżentanti u kien imexxi l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament ta’ Malta. Huwa kien ukoll membru tal-Global Leaders Group on Antimicrobial Resistance u fl-2023 inħatar President tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa.

Qabel nieda l-karriera politika tiegħu, l-Onor. Fearne ħadem bħala tabib u kirurgu għal aktar minn tletin sena. Matul dan iż-żmien serva bħala Konsulent Kirurgu Pedjatriku u Chairman Kliniku fl-Isptar Mater Dei. Huwa kiseb l-edukazzjoni tiegħu mill-Università ta’ Malta, fejn iggradwa fil-Mediċina u l-Kirurġija fl-1987, u wara sar Fellow tar-Royal College of Surgeons of Edinburgh. Huwa ħadem u studja f’numru ta’ sptarijiet tat-tfal fir-Renju Unit, fosthom l-Isptar Great Ormond Street f’Londra, u kien ukoll lettur tal-mediċina fl-Università ta’ Malta.

Chris huwa miżżewweġ lil Astrid, li hija wkoll tabiba u tispeċjalizza fil-kura primarja pedjatrika. Huma għandhom tlett itfal, Dawn, Julian u Rafael, kif ukoll tlett neputijiet.

affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.