UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ

L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru  u Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ huwa responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika barranija Maltija, fejn jassigura koerenza mal-Gvern kollu.

Il-Ministeru huwa wkoll responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, m’organizzazzjonijet u istituzzjonijiet internazzjonali, fejn jirrappreżenta l-interessi ta’ Malta fuq firxa wiesgħa ta’ materji bħal dawk ekonomiċi, politiċi u ta’ sigurtà.