Wara s-suċċess fl-implementazzjoni tal-ewwel Pjan t’Azzjoni Nazzjonali (PAN) ta’ Malta fuq in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) għall-perjodu 2020-2024, Malta nediet it-tieni NAP f’Diċembru 2025. Il-pjan il-ġdid ġie żviluppat permezz ta’ konsultazzjonijiet estensivi ma’ dawk konċernati, fosthom ministeri u entitajiet governattivi, il-forzi ddixxipplinati, l-akkademja u s-soċjetà ċivili.

Il-PAN aġġornat, li jkopri l-perjodu sal-2030, għandu l-għan li japprofondixxi l-għarfien nazzjonali dwar l-aġenda tal-WPS u jsaħħaħ l-integrazzjoni tal-perspettivi tal-ġeneru fil-ħidma ta’ dawk involuti, fosthom il-forzi dixxiplinati. Dan il-pjan jfittex ukoll li jsaħħaħ ir-riċerka li tinforma l-politika u l-azzjoni f’dan il-qasam.

Il-PAN huwa bbażat fuq erba’ pilastri prinċipali:

  • Il-Promozzjoni: Żieda fl-għarfien dwar l-aġenda tal-WPS u tisħiħ fil-perspettivi tal-ġeneru fil-politika, l-edukazzjoni u l-impenn  internazzjoni.
  • Il-Prevenzjoni: Implimentazzjoni ta’ miżuri b’saħħithom kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, normi li jikkaġunaw ħsara u l-abbuż onlajn, bi protezzjoni mmirata lejn gruppi vulnerabbli.
  • Il-Parteċipazzjoni: Tingħata spinta ‘l quddiem lit-tmexxija u r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika, inkluż fis-sigurtà, id-diplomazija u l-bini tal-paċi, waqt li jingħata widen lil ilħna diversi, fosthom taż-żgħażagħ.
  • L-Għajnuna u s-Sostenn: Jiġi żgurat li l-isforzi umanitarji u ta’ sostenn jkunu inklussivi u jwieġbu għad-dimensjoni tal-ġeneru, billi jappoġġjaw lil min irnexxielu jsalva, lin-nisa u l-bniet li kienu sfurzati jitilqu minn darhom, u lil dawk li jiffaċċjaw vulnerabbiltajiet varji.

Il-PAN ta’ Malta jinsab hawn

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.