Ir-rwol ewlieni tal-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-Data fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ hija li tiżgura lit-teknoloġija tal-informazzjoni hija konformi mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward, dan l-Uffiċċju jipprovdi appoġġ u parir lis-Segretarju Permanenti rigward kwistojonijiet li għandhom bzonn l-attenzjoni tal-ICT. Dan l-Uffiċċju huwa mmexxija mill-Uffiċjal Ewlieni tal-Informatika, is-Sur Clinton Farrugia.
L-oġġettivi ewlenin tal-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-Data huma li:
- Jipprepara l-pjanijiet strateġiċi u operattivi tal-ICT għall-Ministeru f’konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-Gvern rigward ICT;
- Jipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti rigward kwistjonijiet relatati mal-ICT;
- Jipprovdi parir tekniku dwar l-akkwist u/jew il-kiri ta’ tagħmir relatat mal-ICT;
- Jikkoordina d-disinn u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ Informazzjoni;
- Jipprepara il-baġit u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi tal-ICT.
Dan l-Uffiċċju japplika policies, standars u protokoli li huma mmirati biex jiżguraw lis-sistemi tal-IT huma kompatibbli.
Viżjoni: Il-promozzjoni tal-politika barranija Maltija permezz tal-użu effettiv tat-teknoloġija informattika.
Missjoni: Kburin li b’mod konsistenti nappoġġjaw lill-klijenti tagħna b’ istandards ta’ prestazzjoni meħtieġ, filwaqt li nnaqqsu il-proċessi burokratiċi eċċessivi permezz tal-implimentazzjoni effettiva tat-teknoloġija.
Valuri: Aħna rregolati bil-valuri inerenti tas-Servizz Pubbliku. Filwaqt li għan tagħhna huwa li naħdmu biex niksbu servizz ta’ eċċellenza, kontabilità u integrità. Kif ukoll niżġuraw servizz inklużiv u ta’ livell lill-klijenti tagħhna, flimkien ma’ governanza tajba tal-fondi pubbliċi.