Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika

Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ iwieġeb direttament lis-Segretarju Permanenti. Dan id-Direttorat twaqqaf f’Ottubru 2023 biex jissorvelja l-politika barranija fis-sens wiesgħa tagħha u jkun jista’ jeżamina wkoll kwestjonijiet partikolari li jeħtieġu koordinazzjoni ċentrali fost id-diversi Direttorati fi ħdan il-Ministeru.

Il-kompitu ewlieni tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika huwa l-iżvilupp tal-politika, il-formulazzjoni u l-ippjanar. Id-Direttorat għandu wkoll il-kompitu li jirrevedi perjodikament il-politiki eżistenti sabiex jibqgħu rilevanti għall-kuntest ġeopolitiku li dejjem qed jevolvi u r-realtajiet ġodda. Dan jinkludi wkoll kwalunkwe proċedura ta’ konsultazzjoni pubblika.

Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika jittratta wkoll ċerti dossiers relatati mal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu koordinazzjoni ċentrali, u huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-Politika tat-Tkabbir tal-UE. Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika jirrappreżenta wkoll lill-Ministeru fil-Kumitat Inter-Ministerjali tal-UE.

FacebookTwitter