L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-iSlovakkja, l-E.T. Dr. Simon Cachia, ippreżenta l-kredenzjali lil E.T Zuzana Čaputová, President tar-Repubblika tal-iSlovakkja, f’ċerimonja li saret fil-Palazz Grassalkovich, il-Palazz Presidenzjali tar-Repubblika tal-iSlovakkja f’Bratislava. Waqt it-tête-à-tête mal-Eċċellenza Tagħha, ġew diskussi suġġetti ta’ interess reċiproku, fosthom l-isfidi tal-immigrazzjoni li qiegħdha tiffaċċja l-Ewropa fil-periferiji taghha tal-Lvant u tan-Nofsinhar.

Qabel il-preżentazzjoni tal-kredenzjali, l-Ambaxxatur ippreżenta l-Copie d’Usage tiegħu lid-Direttur tal-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-iSlovakkja. Waqt li kien f’Bratislava, l-Ambaxxatur kellu bosta laqgħat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, fejn ġiet enfasizzata r-relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi u kif iż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu sabiex itejbu l-kollaborazzjoni bejniethom.

Matul iż-żjara f’Bratislava, l-Ambaxxatur kien akkumpanjat mis-Sur Thomas Attard, Second Secretary fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta’Malta.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.