L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għall-Bosnja u Ħerzegovina, l-E.T. Prof. Lino Bianco, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-E.T. Dr Denis Bećirović, Kap tal-Presidenza tal-Bosnja u Ħerzegovina, fis-6 ta’ Settembru 2024, fl-Uffiċċju tal-Presidenza f’Sarajevo.

Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali kienet preċeduta mill-preżentazzjoni mil-Ambaxxatur tal-Copie d’Usage lill-Kap tal-Protokoll Diplomatiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Bosnja u Ħerzegovina fil-5 ta’ Settembru 2024.

Matul iż-żjara tiegħu f’Sarajevo, l-Ambaxxatur Bianco ltaqa’ mad-Dekan tal-Korp Diplomatiku u mal-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ Barrani tal-Bosnja u Ħerzegovina fejn saru diskussjonijiet dwar l-oqsma potenzjali għal aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Saru wkoll laqgħat mal-universitajiet pubbliċi li jinsabu fil-kapitali, jiġifieri l-Università ta’ Sarajevo u l-Università ta’ Sarajevo tal-Lvant, fir-rigward ta’ kollaborazzjoni prospettiva ma’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja f’Malta..

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.