L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għar-Repubblika tal-Litwanja, E.T. Dr. Alexander Scerri Herrera, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-E.T. Gitanas Nausėda, President tar-Repubblika tal-Latvja, fit-13 ta’ Frar 2024, fil-Palazz Presidenzjali f’Vilnius.

Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali kienet ippreċeduta mill-Ambaxxatur jippreżenta l-Copie d’Usage tiegħu lill-Kap tal-Protokoll Diplomatiku tal-Istat tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Litwanja. Waqt iż-żjara tiegħu f’Vilnius, l-Ambaxxatur Scerri Herrera ltaqa’ mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u man-Nunzju Appostoliku. Huwa kellu wkoll laqgħat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja mal-Viċi Ministru u Direttur għall-Kooperazzjoni Bilaterali u Reġjonali Ewropea, fejn ġew diskussi Affarijiet kurrenti u oqsma potenzjali għal aktar kollaborazzjoni bejn Malta u l-Litwanja.

Tul iż-żjara f’Vilnius, l-Ambaxxatur kien akkumpanjat mis-Sur Daniel Sammut, l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta’ Malta.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.