Waqt żjara ta’ ħidma fl-Ungerija bejn l-24 u t-28 ta’ Marzu 2024, l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għall-Ungerija, E.T. Roberto Buontempo, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenza tiegħu lill-E.T. Tamas Sulyok, President tal-Ungerija, fis-26 ta’ Marzu 2024, fil-Palazz Presidenzjali f’Budapest.

Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali kienet preċedutabl-Ambaxxatur jippreżenta l-Copie d’Usage tiegħu lill-Kap tal-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija. Matul iż-żjara tiegħu f’Budapest, l-Ambaxxatur Buontempo iltaqa’ mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u man-Nunzju Appostoliku. Huwa kellu wkoll laqgħat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija mas-Segretarju tal-Istat ghall-Ghajnuna tal-Insara Persegwitati, mad-Deputat Segretarju tal-Istat għall-Iżvilupp tar-Relazzjonijiet Ewropej, il-Kap tad-Dipartiment għall-Ewropa tal-Punent u tan-Nofsinhar, fejn Affarijiet kurrenti, relazzjonijiet bilaterali, u oqsma potenzjali għal aktar kollaborazzjoni bejn Malta u l-Ungerija ġew diskussi. Saret ukoll laqgħa mar-rappreżentant tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’Budapest.

Tul iż-żjara f’Budapest, l-Ambaxxatur kien akkumpanjat mis-Sinjura tieghu u s-Sur Daniel Sammut, l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta’ Malta.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.