Malta u r-Renju Unit igawdu minn sħubija li tmur lura ħafna fiż-żmien u hija sostnuta mill-Qafas ta’ Koperazzjoni Bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit.  Iż-żewġ gvernijiet jikkommettu li jindirizzaw sfidi komuni, inklużi it-thedida għall-paċi fl-Ewropa u l-immigrazzjoni irregolari. Malta u r-Renju Unit jirrikonoxxu l-koperazzjoni mill-qrib ta’ bejniethom, partikularment matul r-rwoli li kellha Malta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNSC), fl-Organizzazzjoni għas-Sigurta’u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u l-Kunsill tal-Ewropa.

Politika Barranija

Fid-dawl tal-kriżijiet internazzjonali li qegħdin dejjem jikbru, Malta u r-Renju Unit jirrijaffermaw l-impenn tagħhom biex ikomplu bil-koperazzjoni ta’ bejniethom fil-politika barranija permezz ta’ ħidma multilaterali. Iż-żewġ pajjiżi jtennu s-sapport bla waqfien tagħhom għal soluzzjoni ta’ żewġ Stati ġusta u dejjiema, inkluż permezz tal-għarfien tal-iStat Palestinjan, kif ukoll is-solidarjetà’ tagħhom mal-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni mir-Russja. Malta u r-Renju Unit jaqblu li jkomplu d-diskussjonijiet fuq kif iżommu r-Russja responsabbli fl-Istituzzjonijiet internazzjonali, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet u fil-Kunsill tal-Ewropa, fejn taħt il-Presidenza ta’ Malta fl-2025, inizjattivi ewlenin bħal t-twaqqif tat-Tribunal Speċjali għal reati ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna u r-Reġistru ta’ ħsara kienu mressqa ‘l quddiem.

Malta u r-Renju Unit jilqgħu is-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li sar fid-dsatax ta’ Mejju, u t-twaqqif ta’ l-EU-UK Strategic Partnership, li rrijafferma il-valuri kondiviżi tagħna u l-impenn għall-koperazzjoni aktar profonda f’kuntest evoluttiv ta’ ġeopolitika dinjija kumplessa. Il-pajjiżi tagħna jaspiraw li jiffaċilitaw ir-relazzjoni ambizzjuża u dinamika bejn UE u r-Renju Unit li tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna, inkluż permezz tal-implimentazzjoni f’waqtha tal-Fehim Komuni għal “Aġenda mġedda bejn l-UE u r-Renju Unit – Koperazzjoni mar-Renju Unit – u l-UK-EU Security and Defence Partnership.

Bħala msieħba fil-Commonwealth, Malta u r-Renju Unit itennu l-impenn tagħhom biex jaħdmu flimkien biex jitwettqu l-objettivi maqbula fil-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) f’Samoa fl-2024, b’mod partikolari l-Apia Commonwealth Ocean Declaration. Malta u r-Renju Unit jaqblu li jaħdmu flimkien biex jissaportjaw it-twettiq tal-Pjan Strateġiku ġdid tal-Commonwealth, li jiffoka fuq ir-reżiljenza ekonomika, demokratika u ambjentali u tissapportja l-preparamenti għaċ-CHOGM li jmiss. Ir-Renju Unit jissapportja il-ħidma importanti ta’ Malta bħala Chair tal-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG) biex tħares il-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem.

Malta u r-Renju Unit jagħrfu l-vulnerabilitajiet uniċi ta’ Stati Żgħar u fi stadju ta’ Żvilupp (SIDS) u jtennu l-impenn tagħhom li jissapportjawhom fl-adattament tagħhom għall-klima, l-iżvilupp sostenibbli u r-reżiljenza ekonomika, inkluż permezz ta’ involviment fil-fora multilaterali.  

Migrazzjoni

Malta u r-Renju Unit se jkomplu jsaħħu l-koperazzjoni fuq id-dimensjoni esterna tal-immigrazzjoni, sostnuta bil-UK-Malta Migration Dialogue. F’Settembru 2025, il-Ministru Malti l-Onor. Byron Camilleri MP, iltaqa’ mad-Direttur tal-Immigrazzjoni fl-Uffiċċju tal-Intern biex jiddiskuti l-isfidi tal-immigrazzjoni, strateġiji ta’ deterrenza, koperazzjoni operazzjonali, u Intelligence sharing. Malta u r-Renju Unit se jkomplu jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiċi biex jindirizzaw l-immigrazzjoni irregolari, il-jasar modern, il-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin u r-reati finanzjarji.

Ir-Renju Unit u Malta se jesploraw opportunitajiet għal kollaborazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-pajjiżi tal-MED5 (l-Italja, Spanja, il-Greċja, u Malta), b’għarfien tal-importanza tagħhom filli jikkontrollaw l-influssi migratorji fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea. Malta u r-Renju Unit itennu l-impenn tagħhom għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) u l-indipendenza u l-imparzjalita’ tal-Qorti Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa ta’ oqfsa  internazzjonali legali biex ikun jista’ jindirizza l-isfidi tal-lum inkluż l-immigrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-persuni.

Ġustizzja u Intern

Malta u r-Renju Unit jaqsmu żmien twil ta’ sħubija u kuntatti effettivi bejn il-forzi tal-pulizija rispettivi, il-ġudikatura u l-professjonijiet legali.

I-infurzar tal-liġijiet bilaterali u l-koperazzjoni tal-Intelligence ikomplu jissaħħu taħt il-UK-Malta Policing Partnership, iffirmat fl-2021, flimkien ma’ skambji regolari ta’ capacity-building kontra t-terroriżmu, l-indirizzar ta’ reati serji u kriminalita’ organizzata, u koperazzjoni ġudizzjarja. Malta u r-Renju Unit huma mpenjati lejn iż-żamma tal-iskambju reċiproku ta’ għarfien espert legali u prattika tajba biex tissaħħaħ l-effiċjenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt fiż-żewġ pajjiżi.

Difiża u Sigurtà

Malta u r-Renju Unit ilhom jibbenefikaw minn rabtiet mill-qrib ta’ difiża u sigurtà’, imsaħħa mill-provvediment reċiproku ta’ taħriġ tal-forzi armati, u appoġġ regolari għall-iffaċilitar ta’ operazzjonijiet barranin tar-Renju Unit.

Fl-2024-2025 Malta appoġġjat iż-żjarat tal-vapuri tal-Royal Navy, għal assistenza loġistika ta’ rutina u prova b’suċċess għal manutenzjoni fit-tul waqt li kienu skjerati. Żjarat regolari minn ajruplani tar-Royal Air Force jiffaċilitaw il-kapaċità’ tal-Forzi Armati tar-Renju Unit li joperaw globalment. Ir-Renju Unit kompla wkoll jagħti taħriġ militari għal uffiċċjali Maltin fis-Single Service Officer Training Schools. Ir-Renju Unit bi pjaċir jassisti fil-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-programm Partnership for Peace tan-NATO.

F’April 2025, Malta u r-Renju Unit iffirmaw Pjan ta’Koperazzjoni Bilaterali wiesa’ fuq id-difiża bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit. Dan poġġa l-bażi għal relazzjoni aktar b’saħħitha u robusta fil-qasam tad-difiża bejn il-friegħi kollha tal-militar rispettivi, li nħarsu ‘l quddiem għal aktar żvilupp fis-snin li ġejjin.

Rabtiet persuni ma’ persuni

Malta u r-Renju Unit tennew l-importanza li jissaportjaw u jippromwovu ir-rabtiet sinifikanti bejn in-nies bejn iż-żewġ pajjiżi bl-intenzjoni li jagħmlu dan permezz tad-diplomazija mill-Kummissjonijiet Għolja rispettivi.

Aktar minn 40,000 ċittadin Malti huwa residenti fir-Renju Unit, u madwar 150,000 ċittadin Brittanniku huwa residenti f’Malta; l-influss tat-turisti bejn iż-żewġ pajjiżi huwa sostanzjali, b’madwar 700,000 ċittadin Brittanniku jżuru Malta kull sena.

Iż-żjara tal-Altezza Reali Tagħhom id-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh biex jiċċelebraw is-sittin anniversary tal-Indipendenza ta’ Malta f’Ottubru 2024 saħħet aktar ir-rabtiet personali uniċi li jkomplu jorbtu iż-żewġ nazzjonijiet.

Malta u r-Renju Unit qablu li jżommu skambji regolari biex jaċċertaw l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ bidliet operattivi fil-fruntiera, inkluż l-iskema tal-Electronic Travel Authorisation (ETA), l-EU European Entry/Exit System (EES) u l-European Travel Information and Authorisation System (ETIAS).

Novembru 2025

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.