Pass importanti ‘il quddiem ieħor fit-twettiq tal-Pjan Nazzjonali kontra r-Razziżmu

Malta ssieħbet mal-Alleanza Internazzjonali għat-Tifkira tal-Olokawst (IHRA) bħala pajjiż osservatur. Din id-deċiżjoni ittieħdet mill-Pajjiżi Membri waqt is-sessjoni plenarja tal-IHRA li saret fi Glasgow, l-Iskozja, nhar is-27 ta’ Ġunju 2024.

Is-sħubija ta’ Malta fl-IHRA huwa element importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu tal-pajjiż, li għandu l-għan li jikkonfronta u jżarma r-razziżmu sistemiku, filwaqt li jiżgura li n-nies ta’ kull etniċita’ jiġu ttrattati b’dinjita’ u rispett.

L-Alleanza Internazzjonali għat-Tifkira tal-Olokawst (IHRA) tlaqqa’ flimkien gvernijiet u esperti biex isaħħu, javvanzaw u jippromwovu l-edukazzjoni, ir-riċerka u t-tifkira tal-Olokawst, u biex jiġġieldu kontra ċ-ċaħda tal-Olokawst u l-antisemitiżmu, li qegħdin jiżdiedu maż-żmien.

Bħalissa hemm 35 pajjiż membru tal-IHRA, fosthom l-Istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea, fejn Ċipru, bħal Malta, huwa pajjiż osservatur. Hemm ukoll seba’ pajjiżi osservaturi oħra.

Fid-diskors tiegħu l-E.T. Vanni Xuereb, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja u Kap tad-Delegazzjoni għall-IHRA, tenna mill-ġdid l-impenn ta’ Malta li tibqa’ tfakkar l-memorja tal-Olokawst u tiġġieled il-pjaga tal-anti-semitiżmu u kull forma oħra ta’ razziżmu.

Is-sħubija fl-IHRA turi b’mod ċar id-dedikazzjoni ta’ Malta biex tassigura li kull persuna, irrispettivament mill-etniċità, tkun trattata b’ dinjità u rispett.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.