Fil-25 ta’ Jannar 2024, l-Ambaxxatur Clarence Leslie Pace ippreżenta Ittri ta’ Kredenzjali lill-Eċċellenza Tiegħu Zoran Milanovic, President tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-Ambaxxatur Pace ġie skortat fl-Uffiċċju tal-President fejn ingħata tislima mill-Uffiċjal Kmandant tal-Gwardja tal-Unur, u wara li ntlaqa’ mill-Kap tal-Protokoll tal-President, ipproċeda lejn il-Sala ta’ l-Istat u tmexxa lejn il-Librerija fejn hu iffirma l-Ktieb tal-Mistiedna.

Wara l-preżentazzjoni tal-Ittri ta’ Kredenzjali sar skambju mal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika tal-Kroazja fejn ġew innutati r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll ix-xewqa reċiproka li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll rappreżentanti ta’ grad għoli tal-Uffiċċju tal-President fosthom il-Konsulent tal-President għall-Politika Barranija u Ewropea u s-Segretarju tal-Kabinett għall-Politika Barranija u Ewropea. Attendiet ukoll id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-Ambaxxatur kien akkumpanjat mill-konjuġi s-Sinjura Audrey Pace, u mis-Sur David Muscat, Kunsillier fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ tar-Repubblika ta’ Malta.

Wara ċ-ċerimonja sar skambju ta’ fehmiet mar-rappreżentanti tal-Uffiċċju tal-President dwar kwistjonijiet bilaterali, u ladarba ġiet konkluża il-laqgħa l-Ambaxxatur Pace ġie eskortat sad-Daħla Prinċipali għall-aħħar tislima mill-Uffiċjal Kmandant tal-Gwardja tal-Unur.

Fl-għodwa tal-25 ta’ Jannar 2024, l-Ambaxxatur Pace ippreżenta l-Copie d’Usage lill-Kap tal-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika tal-Kroazja. Fis-26 ta’ Jannar 2024 saru laqgħat mad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika tal-Kroazja, is-Sinjura Zrinka Ujevic, u mal-Konslu Onorarju għal Malta, Dr Zrdavko Kacic.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.