L-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu u l-Organizzazzjoni tal-Istati tal-Karibew tal-Lvant (OECS) iffirmaw Ftehim li jistabbilixxi qafas kooperattiv għal proġetti u attivitajiet komuni f’diversi oqsma maqbula reċiprokament.

Il-Ftehim jenfasizza l-benefiċċji reċiproċi tal-kollaborazzjoni u tal-azzjonijiet kollettivi, b’enfasi speċjali fuq il-prijoritajiet strateġiċi u l-ħiliet komplementari taż-żewġ naħat, bl-iskop li jkun hemm qsim ta’ informazzjoni u kooperazzjoni teknika f’diversi oqsma.

L-OECS, organizzazzjoni inter-governattiva li tinkludi Antigua and Barbuda, Dominica, Grenada, Montserrat, Saint Kitts and Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent and the Grenadines, Anguilla, British Virgin Islands, Guadeloupe u Martinique, taħdem biex tippromwovi ħames objettivi ewlenin: l-integrazzjoni reġjonali, l-innovazzjoni ta’ mudelli ekonomiċi, il-promozzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali, l-bini tar-resiljenza, u l-promozzjoni tal-eqwità soċjali u l-inklużjoni.

Kif rifless fl-objettivi strateġiċi tal-politika tiegħu, l-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu jagħti importanza kbira lill-promozzjoni u l-avvanz tal-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppawf’fora internazzjonali, u jappoġġja inizjattivi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet li huma mmirati lejn il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u tar-resiljenza ta’ dawn l-Istati.

Il-Ftehim ġie iffirmat mis-Sur Christopher Cutajar, Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu, u s-Sur Didacus Jules, Direttur Ġenerali tal- Organizzazzjoni tal-Istati tal-Karibew tal-Lvant.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.