Bejn l-ewwel u t-tieni ta’ Diċembru 2022, is-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, is-Sur Christopher Cutajar, żar il-belt kapitali ta’ Ċipru, Nikosija, għall-konsultazzjonijiet politiċi mal-kollega Ċiprijott, l-Ambaxxatur Kornelios Korneliou. Id-diskussjoni trattat ir-relazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi u kif din tista’ tissaħħaħ.

Matul il-laqgħa estensiva ġew trattati wkoll materji relatati mal-UE, u kwestjonijiet reġjonali b’enfasi fuq il-Mediterran. Hekk kif Malta u Ċipru għandhom karatteristiċi simili u jaffaċċjaw diversi sfidi komuni, ġew diskussi modi ta’ kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jsaħħu l-kollaborazzjoni. Qabel din il-laqgħa, is-Segretarju Permanenti, kellu skambju ta’ ideat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, l-E.T. Ioannis Kasoulides.

Is-Sur Cutajar iltaqa’ ukoll mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija, Kummerċ u l-Industrija, is-Sur Marios Panayides. Matul din il-laqgħa, ġew diskussi modi ta’ kif il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi jista’ jikber. Is-sitwazzjoni attwali tal-enerġija fl-Ewropa kienet ukoll fuq l-aġenda.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.