Fit-30 ta’ Jannar 2023, is-Sur Christopher Cutajar, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ tar-Repubblika ta’ Malta, ospita lill-E.T. Kreshnik Ahmeti, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Kosovo għall-konsultazzjonijiet politiċi.

Matul il-laqgħa kordjali, iż-żewġ naħat skambjaw fehmiethom dwar ir-relazzjonijiet bilaterali dinamiċi bejn Malta u l-Kosovo kif ukoll diversi suġġetti oħra ta’ interess reċiproku, fosthom il-gwerra fl-Ukrajna, il-mandat li bħalissa għandha Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Kosovo, fost l-oħrajn.

Is-Segretarju Permanenti Cutajar u d-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Ahmeti ffirmaw it-tiġdid tal-Qafas ta’ Koperazzjoni bejn il-Ministeri rispettivi għall-Affarijiet Barranin li jitratta l-qsim ta’ prattiċi tajba, għarfien, u taħriġ.  Barra minn hekk, il-qafas jidentifika oqsma oħra ta’ koperazzjoni, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-kultura, bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet diġà tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi.​

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.