Fis-26 ta’ April 2023, L- Ambaxxatriċi Attard-Pirotta akkumpanjata mis-Sur Charles Calleja, attendiet għal riċeviment ospitat mill-President tal-Istat ta’ Iżrael, l-E.T. Isaac Herzog u l-konjuga tiegħu s-Sinjura Michal Herzog, għall-Korp Diplomatiku f’unur il-Ħamsa u Sebgħin Sena mill-Indipendenza tal-Istat ta’ Iżrael, Yom Haatzmaut. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eli Cohen u s-Sinjura tiegħu attendew ukoll l-avveniment.

Fl-indirizz qasir tagħhom kemm il-President Herzog kif ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Cohen rreferew għall-kredenzjali demokratiċi ta’ Iżrael, l-iżvilupp teknoloġiku tal-pajjiż f’numru ta’ setturi, kif ukoll l-isfidi li qed jaffaċċja l-pajjiż illum. Il-President Issac Herzog, enfasizza li d-demokrazija qatt m’għandha tittieħed bħala mogħtija, “Id-dibattitu u n-nuqqas ta’ qbil f’demokrazija mhumiex biss naturali. Huma kritiċi. L-fatt li hekk kif qed jimmarkaw il-75 l-Iżraeljani qed jiddibattu bil-qawwa mistoqsijiet fundamentali dwar is-sistema tagħhom ta’ kontrolli u bilanċi, juri li d-diskors demokratiku tagħna huwa vibranti u li ċ-ċittadini tagħna huma impenjati bis-sħiħ.”

L- Ambaxxatriċi Attard-Pirotta kellha l-opportunità li twassal personalment it-tislijiet f’isem ir-Repubblika ta’ Malta lill-President Herzog, kif ukoll lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Cohen.

FacebookTwitter