Nhar il-Ħamis 3 ta’ Settembru 2020, ir-Rappreżentant tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina s-Sur Reuben Gauci ( li wasal biex itemm il-kariga ),  u l-mara tiegħu , Dott Olga V. Gauci, ċċelebraw il-56 anniversarju tal-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta nhar il- 21 ta’ Settembru 1964. Minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID19, il-Jum Nazzjonali ta’ Malta ġie ċċelebrat flimkien ma’ studenti u għalliema tal-Villaġġ tat-tfal SOS f’ Bethlehem, il-Palestina. Għal dan l-avveniment, attendew il-Gvernatur ta’ Ramallaħ, l-E.T. Laila Ghannam u l-Gvernatur ta’ Bethlehem, l-E.T. Kamel Humeid. Id-Direttur Nazzjonali tal- Villaġġi tat-Tfal SOS tal-Palestina, is-Sur Muhammed Shalaideh, kien preżenti ukoll għal din l-okkażjoni u rringrazzja lil Gvern u l-Poplu ta’ Malta għall-għotja ġeneruża ta’ 160 basket tal-iskola għal tfal Palestinjani.

Matul dan l-avveniment, li sar taħt osservazzjoni tal-protokolli għal privenzjoni tal-COVID19, ir-Rappreżentant Malti u l-mara tiegħu qassmu baskitijiet tal-iskola lil studenti  fil-Villaġġ SOS tat- Tfal f’ Bethlehem. F’ intervista qasira fuq it-Televiżjoni, is-Sur Gauci qal li Malta u l-Palestina dejjem kienu qrib ta’ xulxin u li sa jkomplu joqorbu aktar lejn xulxin għaliex għandhom tant affarijiet kommuni bejniethom.

Il-Villaġġ tat-Tfal SOS beda jaħdem f’ Bethlehem fl-1968. Din l-organizzazzjoni tmexxi programm ta’ tisħiħ tal-familja, liema programm isostni lil tfal li jinsabu f’ riskju li jitilfu l-kura tal-familja tagħhom, u jżomm ħajja l-possibilita’ li huma jkomplu jgħixu mal-familja tagħhom.

FacebookTwitter