Fl-04 ta’ Mejju 2023, l-Ambaxxatriċi Cecilia Attard-Pirotta, flimkien mal-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata s-Sur Charles Calleja, għamlu żjara fiċ-Ċimiterju Militari ta’ Ħaifa biex jagħtu tislima lil George Beurling, eroj tat-Tieni Gwerra Dinjija li ta kontributi sinifikanti għall-gwerra. L-Ambaxxatriċi kienet akkumpanjata ukoll minn Michael Lazarus, storiku u eks baħħar militari, li għamel riċerka estensiva dwar il-kontribut ta’ George Beurling fl-isforz tal-gwerra, u r-rabta ta’ Beurling mal-Militar Iżraeljan.

George Beurling, li kien magħruf bħala l-“Falkun ta’ Malta,” kien pilota militari Kanadiż ibbażat Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa akkreditat li waqqa ‘l fuq minn 30 ajruplan tal-għadu, liema numru jagħmlu wieħed mill-aqwa assi tal-Alleati tal-gwerra. Wara l-gwerra, Beurling ġie rreklutat biex iservi fil-Forza tal-Ajru Iżraeljana li għadha kif ġiet iffurmata qabel tilef ħajtu traġikament f’inċident tal-ajru fl-Italja fl-1948. Il-fdalijiet tiegħu ġew trasferiti aktar tard fiċ-Ċimiterju Militari ta’ Haifa fl-Iżrael.

Iż-żjara tal-Ambaxxata serviet ukoll biex tifkira tas-sagrifiċċji li għamlu rġiel u nisa kuraġġużi li ġġieldu biex jiddefendu l-libertà u d-demokrazija f’wieħed mill-aktar perjodi mudlama fl-istorja tal-bniedem.

FacebookTwitter