L-E.T. Claudette Abela Baldacchino, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-E.T. Petr Pavel, President tar-Repubblika Ċeka, fit-30 ta’ April, fi Praga. Waqt l-udjenza tagħha mal-President Ċek, l-President tal-pajjiż u l-Ambaxxatur ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali u kwistjonijiet ta’ interess reċiproku għaż-żewġ naħat.
Il-kredenzjali ġew preżentati waqt żjara ta’ xogħol fir-Repubblika Ċeka bejn id-29 u t-30 ta’ April 2026.
Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali kienet ippreċeduta mill-preżentazzjoni tal-Copie d’Usage mill-Ambaxxatur lill-Kap tal-Protokoll tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka. L-Ambaxxatur Abela Baldacchino kellha wkoll laqgħa mas-Sur Petr Klima, Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Ewropa t’Isfel u tax-Xlokk, u mas-Sra Nora Marešová, Kap tal-Unità tal-Mediterran t’Isfel fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka.
Matul iż-żjara fi Praga, l-Ambaxxatur kienet akkumpanjata mis-Sur Daniel Sammut, l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.




