Waqt żjara ta’ xogħol fis-Slovenja bejn l-24 u d-29 ta’ Awwissu 2025, l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għar-Repubblika tas-Slovenja, l-Eċċellenza Tiegħu Jesmond Cutajar, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-Eċċellenza Tiegħu Nataša Pirc Musar, President tar-Repubblika tas-Slovenja, fis-26 ta’ Awwissu 2025, fil-Palazz Presidenzjali f’Ljubljana.

Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali ġiet preċeduta mill-Ambaxxatur li ppreżenta l-Copie d’Usage tiegħu lill-Kap tal-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-Slovenja. Matul iż-żjara tiegħu f’Ljubljana, l-Ambaxxatur Cutajar iltaqa’ mal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u man-Nunzju Appostoliku. Huwa kellu wkoll laqgħat mal-President tal-Assemblea Nazzjonali u mas-Segretarju tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Saru wkoll laqgħat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-Slovenja mas-Segretarju tal-Istat, id-Direttur Ġenerali għall-Kooperazzjoni Multilaterali, id-Direttur Ġenerali Aġent għall-Affarijiet Ewropej, id-Direttur Ġenerali Aġent għad-Diplomazija Ekonomika, Kulturali u Xjentifika, fejn ġew diskussi affarijiet kurrenti, relazzjonijiet bilaterali, u oqsma potenzjali għal aktar kollaborazzjoni bejn Malta u s-Slovenja.

Matul iż-żjara fis-Slovenja, l-Ambaxxatur kien akkumpanjat minn martu u s-Sur Daniel Sammut, l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ta’ Malta.

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.