Diskors mill-Onor. Carmelo Abela

Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

fl-okkażjoni ta’ Jum il-Commonwealth 2019

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Marzu 2019 – Il-Parlament ta’ Malta

Onorevoli Speaker, għeżież studenti u għalliema.

Din is-sena Jum il-Commonwealth huwa speċjali. Qed niċċelebraw 70 sena ta’ ħbiberija u għaqda bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth, bittema tant xierqa ta’ ‘A connected Commonwealth’.

Il-Commonwealth kif nafuh illum twaqqaf fl-1949. Illum il-ġurnata jiġbor fih 53 pajjiż minn madwar id-dinja kollha: mill-Ewropa, mill-Asja, mill-Afrika, mill-Karibew, mill-Paċifiku, u mill-kontinent Amerikan.

Permezz tal-konnessjoni ta’ bejniethom fi ħdan il-Commonwealth, dawn il-pajjiżi kollha nsibu l-mezzi kif naħdmu flimkien biex intejbu l-ħajja ta’ niesna. Dan nagħmluh b’diversi modi: laqgħat fl-ogħla livelli tal-gvernijiet – bejn kapijiet ta’ Stat jew Gvern, u bejn Ministri – kif ukoll fil-livell eżekuttiv u permezz ta’ assistenza teknika. Insemmu wkoll l-iskambju ta’ nies u l-boroż ta’ studju, fost oħrajn.

Matul is-snin, il-pajjiżi tal-Commonwealth bdew jifirxu aktar l-oqsma ta’ koperazzjoni bejniethom: mill-edukazzjoni għall-ugwaljanza, issaħħa, l-ambjent, u l-ibħra. Il-koperazzjoni kompliet tikber ukoll filqasam tal-kummerċ u tal-investiment, biex ninċentivaw it-tkabbir ekonomiku.

Hawnhekk ta’ min insemmu l-Forum tal-Commonwealth dwar in-Negozju, li jlaqqa’ flimkien rappreżentanti tan-negozju u tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Commonwealth bil-għan li jikber in-negozju bejn il-pajjiżi membri u jissaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli.

B’mod partikolari, il-Commonwealth tal-lum qed taħdem favur ilparteċipazzjoni tan-nisa, taż-żagħżagħ, u tal-komunitajiet emarġinati. Barra minn hekk, kull 4 snin, il-pajjiżi tal-Commonwealth jorganizzaw il-logħob tal-Commonwealth, li fihom jipparteċipaw atleti mill-pajjiżi kollha.

Il-Commonwealth tal-lum hija assoċjazzjoni magħquda fuq il-bażi talvaluri u l-prinċipji tal-Karta tal-Commonwealth. Iżda, fuq kollox, issuċċess tal-Commonwealth huwa bbażat fuq il-konsultazzjoni bejn ilmembri tagħha: pajjiżi ħielsa u ndaqs fil-vuċi tagħhom fi ħdan din ilkomunità dinjija.

Malta ngħaqdet mal-Commonwealth malli kisbet l-Indipendenza, 55 sena ilu. Minn dak iż-żmien ’l hawn, ospitajna żewġ laqgħat tal-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern tal-Commonwealth, magħrufin bħala ċ-CHOGM, kif ukoll bosta laqgħat oħra f’livell Ministerjali u f’livell tekniku.

Fl-aħħar CHOGM li sar f’Malta, fl-2015, ilqajna 52 kap ta’ Stat jew Gvern, u delegazzjonijiet minn bosta pajjiżi tal-Commonwealth. Għallewwel darba fl-istorja tal-Commonwealth, f’Malta, tlaqqa’ l-Forum tal-Commonwealth dwar in-Nisa. Aħna kburin li ġie deċiż li dan il-Forum jitlaqqa’ qabel kull CHOGM. Dan huwa Forum li jenfasizza lkontribut politiku, ekonomiku u soċjali tan-nisa madwar il-Commonwealth, kif ukoll il-bżonn li l-ugwaljanza bejn is-sessi u ttisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa jkunu integrati fl-iżvilupp ta’ soċjetajiet sostenibbli u reżiljenti fil-Commonwealth.

Mis-sena l-oħra, Malta bdiet tospita c-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Commonwealth. Dan iċ-Ċentru diġà huwa operattiv u qed jorganizza għadd ta’ korsijiet f’diversi oqsma bħall-governanza talibħra, il-bidla fil-klima, is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-miri taliżvilupp sostensibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u t-taħriġ fuq negozjati internazzjonali.

Malta qed tospita ukoll il-Faċilità Finanzjarja tal-Kummerċ tal-pajjiżi ż-Żgħar tal-Commonwealth, li mistennija jkollha rwol importanti filfinanzjament tal-kummerċ u l-investiment għal pajjiżi żgħar tal-Commonwealth li għandhom aċċess limitat għall-finanzjament kummerċjali internazzjonali.

Fl-istess waqt, Malta qed tkompli toffri boroż ta’ studju lil student mill-Commonwealth li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fil-livell tal-Master’s. Filwaqt li, għall-ewwel 3 edizzjonijiet, dawn il-boroż ta’ studju ngħataw lil studenti mill-Ghana u min-Niġerja, mis-sena ddieħla se niftħu din l-opportunità għal studenti min-Namibja.

Ta’ min jiftakar li l-Commonwealth għandha popolazzjoni ta’ aktar min 2.4 biljun ruħ, u aktar minn 60 fil-mija ta’ dawk it-2.4 biljun ruħ għandhom inqas minn 30 sena.

Għaldaqstant, hemm bżonn li l-Commonwealth iżżid l-edukazzjoni u t-taħriġ taż-żagħżagħ fi ħdanha, kif ukoll l-involviment tagħhom filħajja politika, sabiex nassiguraw futur prosperu u sigur.

Onorevoli Speaker, għeżież studenti u għalliema;

Wara li ospitat iċ-CHOGM fl-2015, Malta ġeddet l-impenn tagħha favur Commonwealth prosperu, u minn dak iż-żmien ħadmet bla heda għal dan il-għan. Nixtieq, f’dan il-kuntest, nagħlaq dawn ilkelmtejn billi ntenni l-impenn ta’ Malta fi ħdan il-Commonwealth.

L-impenn tagħna se nkomplu nagħtuh sabiex nassiguraw li l-Commonwealth ikompli jkun fuq quddiem fl-assistenza lill-pajjiżi membri fl-iżvilupp sostenibbli tagħhom, għax nemmnu li l-aqwa investiment li nistgħu nagħmlu hu dak li nnisslu l-valur edukattiv u ċiviku fiż-żgħażagħ tagħna.

Malta tibqa’ tagħmel enfasi partikolari fuq il-31 Stat żgħir tal-Commonwealth u l-ġenerazzjonijiet futuri tagħhom. Hekk kif dawn l-isforzi ta’ Malta fi ħdan il-Commonwealth ikomplu jissaħħu, aħna se nkomplu ninvestu f’ din il-familja ta’ pajjiżi sabiex nilħqu l-miri li identifikajna flimkien għall-ġid taż-żagħżagħ tagħna – u, allura, għallġid tal-preżent u tal-futur tagħna.

Grazzi

FacebookTwitter
affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.