Ir-reġistru tal-Maltin li jgħixu Barra minn Malta huwa servizz li qed jiġi offrut lid-Dijaspora Maltija, permezz ta’ Notifikazzjoni Volontarja għaċ-Ċittadini Maltin li, għal diversi raġunijiet, jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal perjodu ta’ aktar minn xahar. Din in-Notifikazzjoni Volontarja se ssaħħaħ u tikkomplementa s-servizzi konsulari diġà offruti mill-Gvern Malti.
- Formola għal Ċittadini Maltin li ser Isiefru jew Jgħixu Barra minn Malta (Notifika D)
- Maltin ta’ Talent, Għarfien espert u Kontribuzzjonijiet oħra barra minn Malta (Formola V)
- Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tad-Dijaspora Maltija (Formola O)

