L-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari (CSO) li jaqa’ taħt il-kompetenza tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ (MFET) huwa responsabbli għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti. Il-legalizzazzjoni tad-dokumenti hija l-proċess tal-awtentikazzjoni tad-dokumenti pubbliċi li jeħtieġu verifika għall-użu f’pajjiż ieħor. Dokumenti pubbliċi uffiċjali li jeħtieġu legalizzazzjoni dejjem irid ikun fihom firma oriġinali ta’ persuna bbażata f’Malta u reġistrata mal-MFET. Id-dokumenti jiġu legalizzati ladarba l-firma u t-timbru jkunu ġew imqabbla mal-firma oriġinali disponibbli fid-database tal-Ministeru. Id-dokumenti jridu jiġu ffirmati minn persuni professjonali (nutara, avukati, accountants/awdituri), Kapijiet tal-Iskejjel, uffiċjali tal-Gvern, diplomatiċi u/jew tradutturi sabiex jiġu legalizzati. Aktar informazzjoni dwar is-servizz tista’ tinkiseb mill-ConsularPlus webapp.

FacebookTwitter