Iċ-Ċentru ta’ Kriżi jaħdem biex jippromwovi t-tnaqqis tar-riskji ta’ kriżijiet għal ċittadini Maltin li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż. Dan isir permezz ta’ monitoraġġ kontinwu ta’ sitwazzjonijiet globali, koordinazzjoni ma’ msieħba fi Stati Membri Ewropew oħrajn u t-tixrid ta’ informazzjoni. Iċ-Ċentru ta’ Kriżi jassisti liċ-ċittadini Maltin billi jikkordina l-appoġġ meħtieġ meta jinqabdu f’xi kriżi barra minn Malta. Fl-istess waqt, iċ-Ċentru ta’ Kriżi jikkordina għajnuna lil dawk iċ-ċittadini barranin f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’Malta. Iċ-Ċentru ta’ Kriżi huwa parti mid-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra.

