Wara r-riżultat tar-referendum dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea fl-2016, ir-Renju Unit ħareġ uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020 wara li ż-żewġ partijiet kkonkludew l-ftehim tat-tluq. Dan il-ftehim ippermetta li jkun hemm tluq b’mod ordnat, permezz ta’ kapitli fuq drittijiet taċ-ċittadini, saldu finanzjarju, kwistjonijiet marbuta mas-seperazzjoni u l-protokoll dwar l-Irlanda ta’ fuq.

Il-ftehim tat-tluq inkluda fih ukoll perjodu tranżitorju li ta ċ-ċans lill-gvernijiet, lill-intrapriżi u liċ-ċittadini sabiex jippreparaw għat-tibdil li kien mistenni mill-1 ta’ Jannar 2021. Matul il-ħdax (11) -il xahar tal-perjodu tranżitorj, għalkemm formalment ir-Renju Unit ma kienx għadu Stat Membru, xorta waħda kien għadu marbut bil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Dan il-perjodu tranżitorju serva wkoll sabiex iż-żewġ partijiet jinnegozjaw it-termini li ser jiddettaw ir-relazzjoni futura ta’ bejniethom. F’dan ir-rigward, fl-24 ta’ Dicembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju Unit qablu fil-prinċipju fuq:

  • Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;
  • Ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata; u
  • Ftehim għall-kooperazzjoni dwar l-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħfas hawn.

affarijiet barranin
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.