Servizzi Lokali

  • Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari

    Affarijiet Konsulari Ġenerali

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

    Legalizzazzjoni ta' Dokumenti

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

    Informazzjoni dwar Viża għall-Ċittadini Maltin

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

    Pariri dwar l-Ivvjaġġar

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

    Boroż ta’ Studju

    Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

Servizzi oħra tal-Ministeru

  • Taqsima għal Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (MLA)

    Reġistrazzjoni Volontarja

    Ir-reġistru tal-Maltin li jgħixu Barra minn Malta huwa servizz li qed jiġi offrut lid-Dijaspora Maltija, permezz ta’ Notifikazzjoni Volontarja għaċ-Ċittadini Maltin li, għal diversi raġunijiet, jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal perjodu ta’ aktar minn xahar. Din in-Notifikazzjoni Volontarja se ssaħħaħ u tikkomplementa s-servizzi konsulari diġà offruti mill-Gvern Malti.

    • Formola għal Ċittadini Maltin li ser Isiefru jew Jgħixu Barra minn Malta (Notifika D)
    • Formola għal Persuni ta’ Valur’ immirata għal persuni Maltin u ta’ dixxendenza Maltija li Jgħixu Barra minn Malta (Formola V)
    • Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tad-Dijaspora Maltija

Servizzi pprovduti mill-Ambaxxati

  • Servizzi Konsulari

    Viżi għall-Ċittadini Barranin li jixtiequ jiġu Malta

    Aktar Informazzjoni dwar Viża għall-Ċittadini Barranin tista’ tinkiseb mill-webapp ConsularPlus.

    Assistenza lil ċittadini Maltin f'diffikultà waqt li jkunu barra

    Jekk ċittadini Maltin ikunu jeħtieġu assistenza ta’ emerġenza waqt li jkunu barra minn Malta, għandhom jikkuntattjaw l-eqreb Ambaxxata jew Konsulat ta’ Malta; jew il-Ministeru fuq 00356 21 242 191 li jipprovdi assistenza konsulari ta’ emerġenza 24/7. Il-Ministeru jopera servizz wara l-ħinijiet tal-uffiċċju permezz ta’ Duty Officer li jieħu nota tat-talbiet u jekk possibbli, jassisti immedjatament. Meta għajnuna immedjata ma tkunx possibbli, it-talbiet jiġu riferuti għal azzjoni lill-Uffiċċju tas-Servizz Konsulari.

    Ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku (Avvenimenti tal-Ħajja)

    Ir-Reġistru Pubbliku li jagħmel parti mill-Aġenzija Identity Malta, huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ, tal-unjoni ċivili, tal-istat liberu u tal-mewt. Iċ-ċertifikati jistgħu jiġu ordnati personalment mill-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa jew onlajn minn fuq is-sit www.certifikati.gov.mt/mt/Home u jitwasslu f’indirizz tal-għażla. Meta jiġi ordnat onlajn, ċertifikat jista’ jiġi ordnat ukoll b’ċertifikat ta’ Apostille/Legalizzazzjoni. Aktar informazzjoni dwar is-servizzi offruti tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku tar-Reġistru Pubbliku.

    Passaporti Maltin

    L-Uffiċċju tal-Passaporti li jagħmel parti mill-Aġenzija Identity Malta joħroġ passaport Malti lil ċittadini Maltin u jassisti Ambaxxati Maltin u Kummissjonijiet Għolja Maltin barra minn Malta biex joħorġu jew iġeddu passaporti Maltin għal ċittadini Maltin residenti barra minn Malta. Il-validità ta’ passaport ordinarju Malti hija ta’ għaxar snin għal adulti ta’ ’l fuq minn 16-il sena, ħames snin għal minuri ta’ bejn l-10 snin u 15-il sena u sentejn għal minuri ta’ taħt l-10 snin. Aktar dettalji dwar il-passaport Malti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Passaporti.

    Ċittadinanza Maltija

    L-Aġenzija Komunità Malta hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija. L-Aġenzija tipproċessa applikazzjonijiet għall-akkwist ta’ ċittadinanza Maltija bit-twelid, b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazzjoni permezz ta’ residenza fit-tul, skont il-mertu għal servizzi eċċezzjonali u għal servizzi eċċezzjonali b’investiment dirett f’Malta. Aktar dettalji dwar l-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal- Aġenzija Komunità Malta.

    Consul-on-the-Move (COTM)

    L-ambaxxati Maltin barra mill-pajjiż, permezz ta’ investiment ta’ madwar €250,000 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, investew f’apparat ġdid tal-programm Consul-On-The-Move (COTM).

    Il-programm COTM jaħseb għall-komunitajiet Maltin li jgħixu barra minn Malta billi jipprovdi servizzi governattivi eqreb ta’ djarhom bħal applikazzjonijiet ġodda u tiġdid ta’ passaporti, applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija u reġistrazzjonijiet ta’ ċertifikati ta’ twelid, mewt, u żwieġ. Dan il-programm se jkun disponibbli f’ħames pajjiżi: l-Awstralja, New Zealand, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Kanada.

    L-apparat il-ġdid tal-COTM jikkonsisti f’tablet li tinkludi kamera, fingerprint reader, scanner tal-passaporti, signature pad, scanner tal-barcode u dawl. B’hekk it-tablet tinkorpora l-apparat li kienu jintużaw qabel separatament f’apparat wieħed li jiżen biss 4 kilogrammi, b’kuntrast mal-apparat ta’ qabel li kien jiżen 15-il kilogramma. Dan ifisser li l-apparat il-ġdid jokkupa ħafna inqas spazju u jista’ faċilment jinġarr fl-idejn. Dan kollu jgħin waqt l-ivjaġġar tal-uffiċjali f’żoni differenti tal-pajjiż ikkonċernat.

    Fid-dawl li matul dawn l-aħħar snin id-domanda għal dawn is-servizzi żdiedet, u kien hemm ukoll upgrade fis-sistema ta’ verifika disponibbli għall-uffiċjali, il-Ministeru ħass il-ħtieġa li jinvesti f’apparat ġdid tal-COTM biex dan ikun wieħed aktar prattiku kif ukoll li jassigura aktar effiċjenza fl-għoti tas-servizzi. L-apparat il-ġdid huwa mgħammar ukoll bl-aħħar verżjoni tas-software u jiġi b’servizz ta’ Wi-Fi u b’faċilità t’installazzjoni ta’ sim card għall-użu ta’ 3G. Dan joffri l-funzjonalità ta’ appoġġ kif ukoll il-kapaċità li jinħarġu passaporti meta l-uffiċjali jkunu barra mill-uffiċċju.

    Il-programm COTM huwa servizz essenzjali offrut mill-Ministeru f’konformità mal-viżjoni tal-gvern li jkollu servizzi governattivi eqreb taċ-ċittadini tiegħu. Permezz ta’ dan l-apparat il-ġdid, il-Ministeru qed ikompli jtejjeb il-kwalità tas-servizzi li jingħataw, filwaqt li jżid l-effiċjenza u jnaqqas il-burokrazija fit-tħaddim tiegħu.

    Consul on the Move żjarat ippjanati

    Legalizzazzjoni ta' Dokumenti

    L-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari (CSO) li jaqa’ taħt il-kompetenza tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ (MFET) huwa responsabbli għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti. Il-legalizzazzjoni tad-dokumenti hija l-proċess tal-awtentikazzjoni tad-dokumenti pubbliċi li jeħtieġu verifika għall-użu f’pajjiż ieħor. Dokumenti pubbliċi uffiċjali li jeħtieġu legalizzazzjoni dejjem irid ikun fihom firma oriġinali ta’ persuna bbażata f’Malta u reġistrata mal-MFET. Id-dokumenti jiġu legalizzati ladarba l-firma u t-timbru jkunu ġew imqabbla mal-firma oriġinali disponibbli fid-database tal-Ministeru. Id-dokumenti jridu jiġu ffirmati minn persuni professjonali (nutara, avukati, accountants/awdituri), Kapijiet tal-Iskejjel, uffiċjali tal-Gvern, diplomatiċi u/jew tradutturi sabiex jiġu legalizzati. Aktar informazzjoni dwar is-servizz tista’ tinkiseb mill-ConsularPlus webapp.

    Skemi ta' Residenza

    Il-Programmi ta’ Residenza Maltija jagħtu l-opportunita’ lill-individwi u l-familji tagħhom biex jirrilokaw f’Malta jew biex ikollhom status ta’ residenza f’Malta għal diversi raġunijiet.

    L-Aġenzija Residenza Malta hija responsabbli għall-ġestjoni tal-Programm ta’ Residenza Permanenti ta’ Malta, il-Programm ta’ Residenza Nomada u l-Programm ta’ Residenza tal-Malta Start-Up. Aktar dettalji dwar dawn il-programmi jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Residenza Malta.

    Il-liġi Maltija tipprovdi wkoll numru ta’ programmi oħra ta’ residenza f’Malta miftuħa għal ċittadini tal-UE u mhux tal-UE li huma ġestiti mill-Kummissarju tat-Taxxi (CFR). Dawn jinkludu l-Programm ta’ Residenza Maltija, l-Programm ta’ Residenza Maltija Globali, il-Programm tal-Irtirar Kmieni f’Malta, il-Programm tal-Pensjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-High Net Worth Individual Rules. Aktar informazzjoni tista’ tinstab minn fuq sit elettroniku tas-CFR (https://cfr.gov.mt/en/inlandrevenue/itu/Pages/The-Residence-Programme.aspx).

    Barra minn hekk, hemm il-permessi ta’ residenza normali li huma amministrati minn Aġenzija Identity Malta.

  • Servizzi Oħra

    Amministrazzjoni ta' Ġuramenti/Affidavits (għal ċittadini Maltin biss)

    L-amministrazzjoni ta’ ġuramenti/affidavits tista’ tingħata b’ġurament quddiem Kummissarju tal-ġuramenti li jinkludi nutara, avukati u prokuraturi legali. Maltin residenti barra minn Malta jistgħu jieħdu ġurament jew jagħmlu affidavit quddiem Konslu Malti f’Ambaxxata jew Konsulat Ġenerali Malti. Lista ta’ Ambaxxati u Konsolati Ġenerali Maltin tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-ConsularPlus webapp.