Illum l-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur, żar il-Collège de la Sainte Famille, li hija skola fil-Kajr mwaqqfa mill-Ġiżwiti fl-1879. L-istorja ta’ din l-iskola tmur lura għax-xewqa ta’ Papa Ljun XIII li jagħti servizz lill-Eġittu permezz tat-twaqqif ta’ seminarju sabiex jeduka lill-qassisin Kattoliċi Kopti kif ukoll isaħħaħ l-edukazzjoni taż-żagħżagħ Eġizzjani.

L-Ambaxxatur Pace ġie milqugħ minn Fr. Joseph Mizzi u Fr. Anthony Fenech, żewġ qassisin Ġiżwiti oriġinarjament mix-Xagħra, Għawdex u l-Birgu rispettivament, li dawruh mal-iskola kif ukoll introduċewh mal-kongregazzjoni. Fr. Mizzi serva bħala Rettur tal-iskola mill-2009-2015.

FacebookTwitter