Nizhny Novgorod  ¾  Is-Sur Oleg Zaitsev huwa L-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-belt ta’ Nizhny Novgorod, belt sabiħa fil-Lvant ta’ Moska.

Is-Sur Zaitsev kontinwament jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Federazzjoni Russa speċjalment permezz tal-inizjattivi tiegħu min-nies għan-nies.

Il-Konslu Honorarju ta’ Malta riċentament ħa inizjattiva oħra u organizza tim li sejjaħlu ‘Il-Falkuni Maltin’.  Dan it-tim ħa sehem fl-avveniment kompetitiv tal-għawm fix-xmara Volga li hija l-itwal xmara fl-ewropa.  Dan l-avveniment kien organizzat mil- X WatersDin  hija franchise internazzjonali li torganizza avvenimenti mad-dinja kollha inkluż f’Malta f’Ottubru li ġej. Il-kompetizzjoni nzammet fit-23 ta’ Lulju 2021. It-temperatura tal-ilma kienet ta’ 20oC.

Din mhix l-ewwel darba li s-Sur Zaitsev ħa sehem f’avvenimenti sportivi biex jippromwovi lil Malta. Aktar kmieni din is-sena huwa pparteċipa fil-kompetizzjoni IronStar Triathlon fil-belt ta’ Gelendzhik fil-baħar l-Iswed kif ukoll f’Kazan, fir-Repubblika tat-Tatarstan, fir-Russja fejn hu u t-tim tiegħu rebħu diversi premji.

The Maltese Falcons ikkompetew b’gear iddisinjat speċifikament li jġorr is-salib ta’ Malta.

Il-Belt ta’ Nizhny Novgorod se tkun qed tfakkar f’Awwissu li ġej it-800 Anniversarju mill-fondazzjoni tagħha. Il-belt kienet ġiet fondata mill-Prinċep Yuri II ta’ Vladimir fl-1221. Matul il-perjodu Sovjetiku din il-belt kienet magħrufa bħala Gorky u sviluppat f’ċ-ċentru industriali importanti tant li matul it-Tieni Gwerra Mondjali il-Luftwaffe bbombardaw kontinwament din il-belt.

FacebookTwitter