L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Franza, s-Sur Carmelo Inguanez, żar Strasburgu fejn ipparteċipa f’diversi laqgħat li ġew organizzati bl-għajnuna tal-Konslu Onorarju ta’ Malta is-Sur Eric Mayer-Schaller. L-Ambaxxatur Inguanez ġie milqugħ mill-Prefett tar-reġjun ta’ Bas-Rhin Josiane Chevalier fil-preżenza tal-Kunsillier Diplomatiku l-ġdid Philippe Lacoste, kif ukoll mill-Kunsillier Reġjonali tar-reġjun Grand-Est u President tal-Kummissjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u transkonfinali s-Sur Christian Debeve u mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ tar-reġjun ta’ Alsace Jean-Luc Heimburger. Fost it-temi diskussi kien hemm l-ekonomija u l-kummerċ, l-immigrazzjoni u l-azzjoni dwar il-klima. Il-Konslu Onorarju ta’ Malta ġewwa Strasburgu organizza riċeviment għall-okkażjoni fejn kienu preżenti membri tal-Korp Diplomatiku, numru ta’ Konsli Onorarji fi Strasburgu u personalitajiet tar-reġjun.​

FacebookTwitter