L-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari (CSO) kiseb il-Quality Label.

Il-Quality Label hija marka ta’ kwalità li jista’ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta’ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta’ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta’ servizz ta’ eċċellenza u kontabilità, fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-10 Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Tweġib Effettiv, Kompetenza, Aċċess, Korteżija, Komunikazzjoni, Kredibilità, Sigurtà, Nifhmu/Insiru Nafu ‘l-Klijent u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-1 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta’ servizz ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

Bil-kisba tal-Quality Label, l-Ufficju għas-Servizzi Konsulari (CSO) huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.

Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn hawn.

Quality Award